Sinjur Alla, jiena għandi bżonnok: agħtini l-grazzja li f’kollox
nirrassenja ruħi mal-volontà providenzjali tiegħek: inti Missieri u jiena ibnek.
Sinjur Alla, jiena għandi bżonnok: agħtini l-grazzja li nirbaħ kull
okkażjoni tar-rispett uman biex nippreferik fuq kulħadd u fuq kollox.
Sinjur Alla, jiena għandi bżonnok: agħtini l-grazzja li ma nirrifjuta lil ħadd
dak li nista’ nagħmel ta’ ġid lill-proxxmu tiegħi fil-bżonn.
Sinjur Alla, jiena għandi bżonnok: agħtini l-grazzja li nirringrazzjak fuq kull ma jiġi fuqi
kemm ħwejjeġ prosperi kemm ukoll penużi, għax kollox jiġi minnek.
Sinjur Alla, jiena għandi bżonnok: agħtini l-grazzja li qatt ma nwarrab mill-ħsieb tiegħi l-preżenza tiegħek,
li dejjem inti xhud ta’ kull ma naħseb, ta’ kull ma ngħid, ta’ kull ma nagħmel.
Sinjur Alla, jiena għandi bżonnok: agħtini l-grazzja li nagħtik qalbi kollha
b’tgħakkis kontinwu ta’ kull ma jogħġob lin-natura tiegħi speċjalment f’għajnejja.
Sinjur Alla, jiena għandi bżonnok: agħtini l-grazzja li kif nista’ naħdem għas-salvazzjoni tal-erwieħ,
li huma tant prezzjuzi għax huma xbieha tiegħek.
Sinjur Alla, jien nistqarr li u la jiena u lanqas ħadd ma jista’ jagħmel xejn mingħajr il-grazzja tiegħek: għalhekk la tiċħadx dak li lilna jinħtieġ għax inti ħlaqtna għalik.