Ħalli jiftakar Satana li huwa għandu l-eżistenza minn Alla l-aktar għoli,
u li ħadd ma jista’ jkun bħal Dan l-aktar għoli.
Ebda qawwa ma tista’ tnaqqas mill-glorja ta’ dejjem ta’ Ġesù Kristu,
Iben ta’ Dak li jista’ kollox u tal-Verġni Marija.
Ħtija tassew ħienja mill–ħażen ta’ Satana lill-ewlenin ġenituri tal-bnedmin,
kienet dik li għamlet l-Iben ta’ Alla nnifsu ħuhom.
Satana ma jistax jaqla’ l-paċi u l-mistrieħ, b’ebda mod u b’ebda sforz,
l-anqas jekk ifarrak il-qaddejja ta’ Alla nfushom.
Id-dwejjaq tar-ruħ u t-tbatija tal-ġisem,
magħmula lill-bniedem mill-mibegħda ta ’ Satana,
huma kawża ta’ kuruna ta’ glorja akbar.
Dak li qal: “Ma nservix!”, bil–ħażen u t-taħwid tiegħu,
jwassal biex jitwettqu l-ġudizzji ta’ Alla li ħadd ma jista’ jifhem.
Tifħir, unur u glorja għal dejjem ta’ dejjem, lil Alla waħdu,
li jilqa’ lill-umli u jkeċċi lill-kburin.
Glorja lill-Missier u lil-Iben
u lill-Ispirtu s-Santu.
Kif kien mill-bidu issa u dejjem
u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.
It-talba Leħen San Mikiel miktuba minn San Ġorġ Preca bil-Malti: