Inti int Alla, li tħassar il-ħażen.
Inti int Alla, teżor ta’ min jixtieqek.
Inti int Alla, li titkellem mas-sempliċi.
Inti int Alla, li taħfer lil min jaħfer.
Inti int Alla, li tiġi unurat biss mill-umli.
Inti int Alla, li tagħti lil min jagħti.
Inti int Alla, li tiġġudika lil min jiġġudika.
Inti int Alla, ħabib taċ-ċkejknin.
Inti int Alla, l-uniku oġġett ta’ qlubna.
Inti int Alla, li min ifittxek isibek.
Inti int Alla, li ddawwal il-bnedmin.
Inti int Alla li tilqa’ kull qalb niedma.
Inti int Alla, li titkellem mas-silenzjużi.
Inti int Alla, li tobgħod il-ħażen.
Inti int Alla, li tfarraġ l-imnikktin.
Inti int Alla, li tbierek lil min hu fidil.
Inti int Alla, li d-delizzi tiegħek huma li tkun ma’ wlied il-bnedmin.
Inti int Alla, li tilqa’ lil min jirrikorri lejk.
Inti int Alla, teżor imprezzabbli ta’ min isibek.
Inti int Alla, ħafif biex taħfer.
Inti int Alla, paċi u mistrieħ tal-umli.
Inti int Alla, oġġett tal-fidi tagħna.
Inti int Alla, li trid salv lil kull bniedem.
Inti int Alla, il-kawża tal-ferħ tagħna.
Inti int Alla, ġeneruż.
Inti int Alla, li tifraħ bil-konverżjoni tal-midneb.
Inti int Alla, li ma ddawwarx wiċċek minn min jitolbok bil-verità.
Inti int Alla, u min għandu lilek għandu kollox.
Inti int Alla, li trid il-qalb kollha ta’ kull bniedem.
Inti int Alla, li taħdem fis-silenzju.
Konklużjoni:
Sinjur Alla, li ħlaqtna, li fdejtna, li qiegħed tikkonservana,
aħna servi tiegħek, lilek għażilna b’Sinjur tagħna,
u ma nibdluk ma’ ħadd u ma’ xejn għax m’hawnx min hu bħalek,
imma nitolbuk il-grazzja tiegħek, għax mingħajrek ma nistgħu xejn.
Ammen.