Spirtu Santu Alla, li tipproċedi minn Alla l-Missier u minn Alla Iben,
ejja fina u ibqa’ fina, għax għandna bżonnok għal kollox; mingħajrek xejn ma nagħmlu ta’ ġid.
Ejja fina u ibqa’ fina biex tagħtina d-dawl fuq l-inganni tax-xitan, u tad-dinja, u ta’ ġisimna;
biex tagħtina l-ħila li nitqaddsu u li nissaportu u li mmieru lil qalbna għal kull sudisfazzjon tagħha.
Ejja fina u ibqa’ fina biex tikkunslana f’kull dieqa tagħna.
Permezz tiegħek biss, nistgħu naslu biex ngħixu qaddisin, imbegħdin mid-dnub,
u nidħlu f’mewtna fil-ħajja ta’ dejjem, fejn lileK infaħħru u l-Missier u l-Iben.