Omm Verġni Marija, li nissiltna wliedek fid-duluri tar-ruħ ħelwa tiegħek, wieqfa fejn is-salib, l-artal li fuqu offra ruħu vittma lil Alla Missier, għall-maħfra tad-dnubiet ta’ kulħadd, Kristu Ġesù, l-uniġenitu tiegħu u l-uniġenitu frott tal-ġuf tiegħek verġinali, la tħallix li aħna, wara mewtna, weqfin fil-ġust tribunal ta’ dan l-istess Iben tiegħek Ġesù, inkunu mkeċċijin b’saħta eterna: iżda agħmel li minnu, b’barka eterna, inkunu milqugħin fil-ħdan tal-ħlewwa tiegħu. Ammen.
Societas Doctrinæ Christianæ M.U.S.E.U.M.
207
Triq San Ġorġ Preca
Marsa MRS 9090
Malta EU