Ifraħ o Verġni Marija,
għax int sibt grazzja quddiem Alla,
int li emmint għal kelmiet tal-Arkanġlu Gabrijel,
fil-ħin li bqajt xebba nissilt Alla u bniedem,
u wara li tajtu lid-dinja bqajt xebba’ bla mittiefsa.
Omm Alla idħol għalina.
O Verġni mbierka,
o Bieb tas-sema,
o Omm tal-Ħniena,
o Għaxqa t’Alla,
itlob għalina għax aħna nafu
li xejn ma jiċħadlek dak li għolliek għad-dinjità ta’ Omm Divina. Ammen.