Sinjur Alla, Inti hawn u jiena fik: inkellmek u inti tismagħni; nitolbok u inti tagħtini: għaliex inti wrejtna fl-Iskrittura Mqaddsa li huma delizzji għalik li inti tkun ma’ wlied il-bnedmin, u wkoll li tridna nirrikorru lejk f’kull bżonn tagħna: għalhekk b’kunfidenza nitolbuk, bħala wlied lill-Missier tagħhom.
– A –
Sinjur Alla, agħti glorja lill-isem tiegħek.
Sinjur Alla, saltan fuq kulħadd.
Sinjur Alla, iddefendi l-ġieħ tiegħek.
Sinjur Alla, għarraf lilek innifsek.
Sinjur Alla, agħmel il-volontà tiegħek.
Sinjur Alla, ifraħ bl-opri tiegħek.
Sinjur Alla, itgħaxxaq bik innifsek.
Sinjur Alla, uri l-ġmiel tal-liġi tiegħek.
Sinjur Alla, gawdi t-tezori bla tarf tiegħek.
– B –
Sinjur Alla, ikkonverti lejk il-midinbin.
Sinjur Alla, ippersevera l-ġusti.
Sinjur Alla, salva l-agunizzanti.
Sinjur Alla, agħti l-mistrieħ lill-fidili mejtin.
Sinjur Alla, farraġ l-imnikktin.
Sinjur Alla, dawwal l-injoranti
Sinjur Alla, fejjaq il-morda.
Sinjur Alla, agħti għajnuna ’l min hu fil-bżonn.
Sinjur Alla, irrassenja l-inkwetati.
– C –
Sinjur Alla, saffili qalbi.
Sinjur Alla, agħtini l-ispirtu ta’ Kristu
Sinjur Alla, eħlisni mill-inganni.
Sinjur Alla, iddiriġini f’kull triq tiegħi.
Sinjur Alla, ferraħni bil-paċi tiegħek.
Sinjur Alla, żommni dejjem f’idejk.
Sinjur Alla, itfa’ fija l-ispirtu tas-sagrifiċċju.
Sinjur Alla, fittixni biex nadurak.
Sinjur Alla, bierek f’mewti r-ruħ tiegħi.
Ġesù Kristu Nazzarenu, Sultan tal-Lhud – Iben wieħed ta’ Alla l-ħaj,
u ta’ l-Omm Verġni Marija – Medjatur wieħed tagħna bnedmin quddiem Alla;
uri l-Pjagi divini tiegħek lill-Ġustizzja t’Alla – U bil-jedd tiegħek salva d-dinja kollha. Ammen.
Credits: https://www.youtube.com/@SaintMichaelOnline