Qima lil Marija Santissma
Bil-grazzja mimlija,
Omm u dejjem Xebba,
Ħelwa Ommna Marija:
Itlob ’l Alla għalina.
Kull kreatura, o Marija tinkina quddiemek,
għax tassew ħwejjeġ kbar għamel miegħek Dak li jista’ kollox.
Alla l-Missier tak is-smewwiet, u l-art;
Alla l-Iben tak l-ubbidjenza fis-sottomissjoni;
Alla l-Ispirtu s-Santu tak kemm tista’ tkun eżaltata kreatura minn Alla fl- ogħla grad.
Ringrazzjament fuq Marija Santissma
Alla Missier, jiena noffrilek il-pjagi divini ta’ Kristu Ibnek,
biex nirringrazzjak denjament għal kull m’inti għamilt ma’ Marija Santissma,
speċjalment fil-Kunċizzjoni Immakulata tagħha
u fl-eżaltazzjoni li inti kollok omnipotenza u tjubija tajtha għall-unur tiegħek.
Ammen.