Lil Alla ħaj u veru, ejjew naduraw, lill-Missier, u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu.
Glorja lill-Missier, u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu.
Missierna, li inti fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art. Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum. Aħfrilna dnubietna, bħalma naħfru lil min hu ħati għalina. U la ddaħħalniex fit-tigrib, iżda eħlisna mid-deni. Ammen.
Qaddis Alla, Qaddis Qawwi, Qaddis Immortali, ikollok ħniena minna.
Lil Alla waħdu, unur u glorja għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.
L-Iben etern tal-Missier sar bniedem minn Marija Verġni bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu u semmewh Ġesù.
Iċ-Ċena tas-Sinjur
Is-Sinjur tagħna Ġesù Kristu, awl il-lejl qabel ma miet, miġburin miegħu t-Tnax, ħa l-ħobż fl-idejn imqaddsa u venerabbli tiegħu, u, wara li refa’ għajnejh lejn is-sema, lejn Alla l-Missier tiegħu omnipotenti, jirringrazzjah, bierek, qasam u ta lill-iskulari tiegħu jgħid: “Ħudu u kulu għax dan huwa ġismi; agħmlu dan b’tifkira tiegħi.” Bl-istess mod imbagħad ħa fl-idejn imqaddsa u venerabbli tiegħu l-kalċi bl-inbid imħallat bl-ilma, bħal qabel jirringrazzja ‘l Alla, bierek u ta lill-iskulari tiegħu jgħid: “Ħudu u ixorbu minnu lkoll għax dan huwa l-kalċi ta’ demmi, li jixxerred għall-maħfra tad-dnubiet, agħmlu dan b’tifkira tiegħi.”
Ikun imbierek Ġesù Kristu. U tkun imbierka l-Verġni Marija. (x10)
Is-Sinjur Ġesù Kristu qiegħed fil-glorja tal-Missier Alla.
U s-Sinjura Marija, imnissla bla ħtija, saħqet ir-ras tal-misħut xitan.
Inbierku lilek, Missier qaddis.
Inbierku lilek, Iben qaddis t’Alla magħmul bniedem.
Inbierku lilek, Spirtu s-Santu.
Sliema għalik, Marija, bil-grazzja mimlija, Il-Mulej miegħek, imbierka int fost in-nisa, u imbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Gesu. Qaddisa Marija, omm Alla, itlob għalina midinbin issa, u fis-siegħa tal-mewt tagħna. Ammen.
Irċievi, o Alla Missier, il-pjagi divini ta’ Ibnek u Ħuna l-għażiż Ġesù Kristu, li aħna noffrulek, issa:
sabiex nagħrfuk b’Alla veru u ħaj, u b’Padrun ta’ kulħadd u ta’ kollox;
sabiex nirringrazzjawk għall-kbira karità u providenza tiegħek lejna l-bnedmin;
sabiex inħallsu l-Ġustizzja tiegħek minna offiża bi dnubietna; u
sabiex tagħtina l-grazzja tiegħek biex inservuk bil-fedeltà u niġu ngawduk wara mewtna. Ammen.
Napprova sinċerament kull opra tajba li saret u li ssir sal-aħħar tad-dinja.
Niddiżapprova sinċerament kull opra ħażina li saret u li ssir sal-aħħar tad-dinja.
Naħfer sinċerament lil kull għadu tiegħi.
Nifhem nagħmel kollox fuq xi mottiv tal-fidi li mingħajrha ħadd ma jogħġob ‘l Alla.
U nitlob ‘l Alla l-grazzja biex nagħtih kull sagrifiċċju tar-rieda tiegħi li fis-sapjenza tiegħu jordnali, veru Padrun u veru Missier.
Sinjur Ġesù Kristu, veru ragħaj tal-erwieħ, farraġ l-imnikktin, ippersevera l-ġusti, ikkonverti l-midinbin, salva l-moribondi, agħti l-mistrieħ etern lill-fidili mejtin, fejjaq il-morda u itfa’ l-ispirtu tiegħek f’kull Nisrani. Ammen.
Nirringrazzjak, Sinjur Ġesù Kristu, li tajt lilek innifsek vittma għas-saħħa tagħna.