Il-kappella ddedikata lill-Madonna tal-Midalja Mirakoluża tinsab biswit id-Dar Ġenerali tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, MUSEUM. Il-kappella ġiet rinovat fl-2001 sabiex tirċievi l-fdalijiet qaddisa ta’ San Ġorġ Preca, ibbeatifikat mill-Papa Ġwanni Pawlu II, fid-9 ta’ Mejju 2001, f’Malta u kkanonizzat mill-Papa Benedittu XVI, fit-3 ta’ Ġunju 2007 f’Ruma.
Id-dekorazzjoni l-ġdida twettqet mill-Membri tas-Soċjetà mid-disinni tal-Professur Richard England. L-arkitettura hija ħafna drabi l-espressjoni ħajja tal-fidi, huwa proprju f’dan is-sens li d-dekorazzjoni tal-Kappella tal-Blata l-Bajda ġiet rinnovata.
Hekk kif tidħol, tintlaqat mill-ambjent ta’ paċi li hemm f’dan l-ispazju. Id-dekorazzjoni u l-kuluri joħorġu biċ-ċar sempliċità kbira. Fuq ix-xellug, wieħed isib daħla żgħira li twassal għall-kappella ċkejkna tas-Santissimu Sagrament fejn wieħed ikun waħdu ma’ Dak li hu waħdu.
Kollox magħmul biex jgħin jintlaħaq dan il-għan. Fuq ix-xellug, passaġġ vojt li jissimbolizza l-ħajja tagħna fuq l-art. Id-dekorazzjoni tagħha għandha tifsira partikolari: ċagħaq żgħir tal-irħam jgħatti l-art li fuqha hemm ukoll biċċiet tal-injam.
Dawn jissimbolizzaw in-nuqqas ta’ stabbiltà tal-ħajja. Madankollu, jekk wieħed jgħolli rasu biex ifittex dak li jibqaʼ għal dejjem, jaraw it-tabernaklu li jistrieħ fuq pilastru sod. Fuq il-bieb ta’ dan it-tabernaklu, skrizzjoni bil-Latin tgħidilna: Magister adest et vocat te (il-Mulej hu preżenti u qed isejħilkom). U huwa hawnhekk li nsibu Dak li qed infittxu. It-tabernaklu huwa mdawwal minn tieqa tal-ħġieġ ikkulurit, li tirrifletti d-dawl naturali li jirċievi minn barra.
Ħinijiet tal-ftuħ tal-Kappella tal-Madonna tal-Midalja Mirakoluża:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 07.00 – 11.00 (Quddiesa fis-07.30) u 17.00 – 18.30. (Quddiesa fis-18.00 nhar ta’ Erbgħa biss.)
Is-Sibt: 09.00 – 11.00 u 17.00 sa 19.00 (Quddiesa fis-18.00).
Il-Ħadd: 07.30 – 10.00 (Quddiesa fit-08.00).
AUDITORIUM
Societas Doctrinæ Christianæ M.U.S.E.U.M.
207
Triq San Ġorġ Preca
Marsa MRS 9090
Malta EU