Żvilupp aktar reċenti huwa l-kuntatt li s-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija stabbilixiet f’South Bend, Indiana, l-Istati Uniti. South Bend huwa magħruf minħabb l-Università ta’ Notre Dame bi storja ta’ 150 sena. Bis-sehem ta’ Ruth Lasseter, ħabiba tas-Soċjetà, u b’kollaborazzjoni mal-amministrazzjoni tas-Soċejtà, ġew stabbiliti konnessjonijiet, li wasslu għal żjarat reċiproċi bejn Malta u South Bend biex tiġi studjata t-triq ‘l quddiem. Għalkemm bħalissa m’hemmx Membri f’South Bend, qed tifforma komunità ta’ assoċjati u ħbieb tas-Soċjetà. L-għan ewlieni tagħhom huwa l-istudju tal-ħajja ta’ San Ġorġ Preca u l-parteċipazzjoni fil-missjoni tas-Soċjetà permezz ta’ diversi laqgħat u servizzi ta’ talb.