Hekk kif qed niċċelebraw lil Sidna Ġesù Kristu bħala r-Re tal-Ħolqien kollu, ejjew infakkru lilna nfusna f’dak li kien irrakkomanda l-Papa Piju XI wara l-Ewwel Gwerra Dinjija: Pax Christi in Regno Christi (Il-paċi ta’ Kristu fis-saltna ta’ Kristu). Il-Papa enfasizza li l-paċi u l-ġustizzja huma bbażati fuq l-għarfien tas-sovranità ta’ Kristu u l-għixien tal-valuri nsara f’kull aspett tal-ħajja.
Jekk trid paċi vera f’qalbek, hemm mod wieħed biss biex tiksibha; għix il-beatitudnijiet, l-attitudnijiet ta’ dawk meqjusa bħala ċittadini tas-saltna ta’ Ġesù Kristu.
Mela itolbu lill-maħbub Ġesù biex jgħinnek issir fqir fl-ispirtu, ħelu fl-imġiba tiegħek, ħerqana għall-ġustizzja, kapaċi turi ħniena, safi f’qalbek, u persuna li jġibu l-paċi. U anki jekk titnikket, tkun ippersegwitat u insultat, ifraħ għax kbir hu l-premju tiegħek fis-saltna tiegħu!