Riflessjoni minn Joe Galea, Membru
Le Bénédicité (Il-Barka) hi pittura famuża ta’ Jean Siméon Chardin. F’kamra nadifa ta’ dar mingħajr lussu, l-omm qed tistieden liż-żewġt itfal tagħha biex jgħidu t-talba ta’ qabel l-ikel. Kollox nadif, f’ambjent spiritwali. It-tvalja bajda turi l-purità tad-dar. Chardin iqiegħed fil-pittura l-intensità ta’ realtà spiritwali fil-ħajja ta’ kuljum. L-indafa, l-ordni u s-skiet jikkontribwixxu għall-qdusija tal-ħajja ordinarja, simbolizzata hawn bit-talb sinċier ta’ żewġt itfal taħt l-għajnejn mimlija mħabba ta’ ommhom. Il-pittura, li saret fl-1740 u tinsab fil-mużew ta’ Louvre fi Franza, qed tgħid xi ħaġa lilna llum.