Ispira ruħek minn dawn il-qaddisin u dur lejn il-Madonna tar-Rużarju l-aktar talba li tgħożż!
San Duminku, il-propagatur tar-Rużarju stess, kien jgħid bejn il-lejl u bi nhar ħmistax-il posta għal tmien darbiet, li jagħmlu mija u għoxrin posta.
San Karlu Borromeo kull jum kien jgħid r-Rużarju għarrkubbtejh. Spiss kien iwissi: “Għidu r-Rużarju kuljum, jew mill-aktar li tistgħu!”
San Franġik ta’ Sales, kien jagħmel siegħa kuljun jgħid ir-Rużarju, u meta ġie biex imut, kien talab li jdawrulu ma’ driegħu l-kuruna tar-Rużarju. It-twissija tiegħu kienet: “Qisu li ma tħallu qatt ir-Rużarju u ġibu dejjem fuqkom il-kuruna!”
San Filippu Neri kien iżomm dejjem f’idu, jew xi ktieb spiritwali, jew il-kuruna tar-Rużarju. Fejn is-sodda kellu salib u kuruna, sabiex malli jistenbah jeħodha f’idu u jibda jgħid ir-Rużarju.
San Ġwann Berhmans meta wasal biex imut, ħa f’idejh il-Kurċifiss, il-kuruna tar-Rużarju u r-Regola tal-Kumpanija u qal: “Dawn huma t-tliet ħwejjeġ li jiena nħobb, u bihom sejjer immut kuntent.”
San Pawl tas-Salib ma ħallih qatt ir-Rużarju, u meta marad u qalulu biex ma jgħidux għax kien qed ibati minn qtugħ ta’ nifs, hu weġibhom: “Irrid nkompli ngħidu sakemm immut, u meta ma nistax ngħidu bil-fomm, ngħidu bil-qalb.”
San Alfons Liguori jgħid: “Min iħobb lil Marija jista’ jissejjaħ ħieni minn din id-dinja u għandu tama kbira li jsalva. U min iħobb il-Marija? Min jagħtiha qima b’dak it-talb li l-aktar jogħġobha, u l-iżjed li jogħġobha huwa r-Rużarju.