“Ifirħu dejjem fil-Mulej; nerġa’ ngħidilkom, ifirħu…. Il-Mulej qorob.” (Fil 4:4-5)
“Ifirħu!” Minkejja ċ-ċirkustanzi ħżiena, xejn ma kien ifixkel il-ferħ taʼ San Pawl! Waqt li jikteb meta kien fid-dlam tal-ħabs, hu jħeġġeġ għal darbtejn lill-Filippin: “Nerġgħu ngħidilkom, ifirħu! Tabilħaqq, il-Mulej huwa qrib.” Għalkemm magħluq f’ċella, xejn ma seta’ jwaqqaf id-dawl ta’ Ġesù, Kristu l-imbierek, li l-miġja tiegħu se ġġib fix-xejn id-dalma tal-qalb u tal-moħħ.
Il-messaġġ ta’ San Pawl ikompli jidwi matul iż-żminijiet biex jingħaqad anki mal-ġenerazzjoni tagħna fit-Te Deum dwar avveniment riċenti: il-ftuħ mill-ġdid tal-Katidral ta’ Notre-Dame f’Pariġi lejliet il-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni. Permezz tal-internet, f’ħin reali, id-dinja kollha rat il-belt ta’ Pariġi maħkuma b’riħ qawwi tul il-lejl, li ħakem l-Arċisqof ta’ Pariġi hekk kif għolla l-bastun tiegħu biex iħabbat tliet darbiet fuq il-bieb majestuż tal-Katidral ta’ Notre Dame. Minn ġewwa, ippakkjat b’dinjitarji minn ħafna pajjiżi, instema’ l-mużika tal-orgni u l-kant tal-koristi żgħażagħ lebsin libsa ta’ lewn blu. Il-bibien il-kbar infetħu, u d-dinja kollha ferħan u saħansitra tibki bil-ferħ, għax rat li t-traġedja tal-qerda bin-nar u bid-dnub, kienet ġiet restawrata fil-ġmiel tal-qdusija tal-Katidral ta’ Notre Dame. Ir-rettur tal-katidral afferma kemm hi mbierka l-għaqda fost il-popli kollha f’din il-ġrajja unika: “Fil-katidral insibu l-preżenza dejjem ġdida tal-Verġni Marija, preżenza materna u li tħaddana flimkien.’’
Fil-ftuħ tal-Katidral ta’ Notre Dame (u simbolikament bit-tama għat-tiġdid tal-fidi fi Franza), donnu nisimgħu l-cri de coeur (xewqa tal-qalb) ta’ San Ġorġ Preca: “Imgħallem Divin, mhux li kien li d-dinja kollha timxi fuq l-Evanġelju!”. Il-ferħ tad-dinja kollha, ta’ kull persuna li kien hawn u li għad ikun hawn, huwa Ġesù li jiġi għandna permezz ta’ dik li hi l-kawża tal-ferħ tagħna: il-Madonna, Marija, Omm Alla. Ifirħu! Nerġa’ ngħidilkom, ifirħu!
Ruth D. Lasserter
Ħabiba tas-Soċjetà
Indiana, l-Istati Uniti