Il-Glorja hija talba qasira imma għandha qawwa kbira. Forsi ma nirrealizzawx biżżejjed li kull darba li nistqarru din it-talba qasira, apparti li nagħtu glorja lil Alla, inkunu qed naqsmu wkoll mal-oħrajn it-twemmin tagħna, li Alla hu magħna. Qed nistqarru wkoll li dan Alla hu Missier li tant iħobbna li ħalaqna u li bagħat lill-Ibnu l-waħdieni biex jerġa’ jlaqqagħna miegħu. Meta nagħtu glorja lill-Iben, niftakru li Alla sar wieħed minna biex isalvana. Huwa għex fostna u qasam ħajtu ma’ dawk kollha li kienu lesti jiftħu qalbhom għalih. U fl-aħħar ta’ ħajtu, sar sinjal tal-imħabba infinita ta’ Alla għall-bnedmin kollha billi ta ħajtu għalina fuq is-salib. Kull darba li nagħtu glorja lill-Ispirtu s-Santu nkunu qed nitolbuh bil-ħerqa biex jidħol f’qalbna u nħalluh ikompli jmexxina f’din it-triq tal-imħabba għax nafu kemm hu faċli għalina li nitfixklu mill-affarijiet ta’ din id-dinja.
Mela ejja spiss għandna matul il-jiem li nistaqsu din it-talba qasira: