Il-Kulleġġ Preca beda l-ħidma tiegħu fl-1993 taħt id-direzzjoni tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisarnija, MUSEUM.
Huwa meqjus fost l-aqwa kulleġġi privati fl-Albanija., speċjalment minħabba l i fl-2014 ġie kwalifikat bħala l-aqwa kulleġġ fl-Albanija bl-għola riżultati fl-eżamijiet tal-Matrikola.
Il-kulleġġ ikkontribwixxa għall-proċess edukattiv ta’ ħafna studenti, li minnhom kien hemm min kompla bl-istudji tiegħu f’universitajiet, kemm fl-Albanija kif ukoll lil hinn minnha.
Permezz tax-xogħol u d-dedikazzjoni tal-istaff akkademiku, il-kulleġġ jilħaq livelli għoljin fil-kwalità tat-tagħlim.
L-istudenti jiġu milqugħa bl-istess imħabba u attitudni li Ġesù laqa’ lil dawk li ltaqa’ magħhom. Għalhekk, Kristu jibqa’ l-mudell għal dawk li jaħdmu fil-kulleġġ.
Ispirat mis-sejħa ta’ San Ġorġ Preca, il-kulleġġ iħaddan spiritwalità fejn il-virtujiet tal-umiltà u l-manswetudni jibqgħu prominenti. Kull ħidma fil-kulleġġ isseħħ biex tkabbar l-għarfien tal-preżenza t’Alla fid-dinja.
Biex jipprovdi edukazzjoni ħolistika, il-kulleġġ jibqa’ spazju edukattiv fejn l-istudenti jiżviluppaw it-talenti tagħhom u jiksbu t-tagħrif neċessarju biex jilħqu l-potenzjal tagħhom.
Societas Doctrinæ Christianæ M.U.S.E.U.M.
207
Triq San Ġorġ Preca
Marsa MRS 9090
Malta EU