San Ġorġ Preca (1880-1962)
Il-Fundatur tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija
L-impatt ta’ San Ġorġ Preca f’Malta huwa tal-għaġeb. Jidher aktar tal-għaġeb meta wieħed jikkonsidra l-isfond soċjali ta’ meta San Ġorġ deher bħala mexxej spiritwali fost il-poplu. Malta taħt l-Ingliżi ma kinitx post li tilqa’ b’ċapċip lil min ikun oriġinali jew inġenjuż.
L-injuranza, kemm intellettwali kif ukoll spiritwali kienet mifruxa, bi tliet kwarti tal-poplu illitterat. L-istatus tal-lajċi Nsara kien wieħed ta’ qbil totali mal-ordnijiet tal-awtoritajiet, mingħajr id-diskussjonijiet intellettwali u d-djalogu li jikkaratterizzaw iż-żminijiet tal-lum. Kienet l-ordni tal-ġurnata li kulħadd iġib ruħu b’dan il-mod f’dawk l-aħħar snin tas-seklu dsatax. Ftit ħafna kienu dawk li kienu lesti jiftħu l-ħadid tal-gaġeġ li kienu jdawru l-ħajja tal-irħula u d-drawwiet. Ħafna ppreferew l-eħfef mod – li jagħmlu kif jgħidulhom. Fost dawk li qamu biex imexxu u jinfluwenzaw il-ħajja, id-drawwiet u l-prinċipji tal-poplu Malti kien hemm qassis żagħżugħ, b’viżjoni kbira. ‘Dun Ġorġ’, kif kien magħruf, kien fil-qalb ta’ kulħadd u ismu għadu jidwi sal-ġurnata tal-lum. L-influwenza tiegħu fuq il-ħajja spiritwali tal-poplu komuni kienet radikali u permanenti.
Dun Ġorġ
rivista ta’ tagħrif bil-malti dwar il-ħajja u l-ħidma ta’ San Ġorġ Preca
Dun Ġorġ Nr. 49
Dun Ġorġ Nr. 47-48
Dun Ġorġ Nr. 46
Dun Ġorġ Nr. 45
Dun Ġorġ Nr. 43
Dun Ġorġ Nr. 40
Societas Doctrinæ Christianæ M.U.S.E.U.M.
207
Triq San Ġorġ Preca
Marsa MRS 9090
Malta EU