Ġrajjiet Ewlenin mill-Ħajja ta’
Il-ġenituri ta’ Eugenio, Salvatore Borg u Carmela Mirabelli, iżżewġu fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Publju, il-Furjana, Malta.
Ġrajjiet Ewlenin mill-Ħajja ta’
Il-ġenituri ta’ Eugenio, Salvatore Borg u Carmela Mirabelli, iżżewġu fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Publju, il-Furjana, Malta.
Eugenio twieled fid-dar tal-familja Borg fi Triq il-Madonna tad-Duluri, l-Isla. Huwa tgħammed fl-istess jum fil-knisja parrokkjali ddedikata lit-Twelid tal-Madonna. Eugenio kien imsejjaħ b’għożża bħala Ġeġè mill-familjari tiegħu.
Il-familja Borg telqet mill-Isla u marret toqgħod f’110a, Strada Rjali (aktar tard imsejħa Triq il-Kbira San Ġużepp), il-Ħamrun.
Fl-età ta’ 16-il sena, Eugenio beda l-apprendistat fit-Tarzna fejn tgħallem is-sengħa ta’ pattern maker u ħadem sakemm kellu 57 sena.
Eugenio u sħabu ġew f’kuntatt mas-seminarista Ġorġ Preca fejn kienu jiltaqgħu u jilagħbu l-futbol f’għalqa magħrufa bħala Ta’ Luċtu, eżatt faċċata tal-Knisja Parrokkjali ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun.
Eugenio kien imur jimxi lejn Santa Venera ma’ Dun Ġorġ. Hemmhekk, fid-dell ta’ siġra tal-ħarrub, Dun Ġorġ kien jispjega lil Eugenio l-prologu tal-Evanġelju skont San Ġwann.
Dun Ġorġ, issa saċerdot, ġabar dan il-grupp taż-żgħażagħ fil-Knisja Ta’ Nuzzu fil-Ħamrun.
Dun Ġorġ kera d-dar Nru 6, fi Triq Fra Diegu, il-Ħamrun, l-ewwel dar biex tintuża bħala ċentru għall-formazzjoni.
Eugenio marad serjament, iżda wara l-kura neċessarja, huwa rkupra.
Eugenio fetaħ l-ewwel Qasam tas-Soċjetà barra ż-żona tal-Ħamrun fi Triq San Mikiel, Bormla.
Waqt żjara tal-Arċisqof Pietro Pace fil-Parroċċa tal-Ħamrun, Eugenio Borg u tnejn oħra ġew introdotti lilu mill-Kappillan Dun Ġużepp Muscat bħala membri tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija. Ġranet wara, Dun Ġorġ għamel iċ-Ċerimonja tal-Inkorporazzjoni fuq Eugenio Borg u ħatru bħala l-ewwel Superjur Ġenerali tas-Soċjetà.
Eugenio fetaħ Qasam fil-Furjana f’Nru 3, Triq il-Ġdida.
Eugenio ssejjaħ il-Kurja biex jixhed fl-inkjesta li kien qed imexxi l-Arċisqof Dom Mauro Caruana OSB dwar is-Soċjetà.
Dun Ġorġ xolja l-amministrazzjoni tas-Soċjetà biex tkun eletta mill-ġdid mill-Membri. Eugenio reġa’ ġie elett bħala Superjur Ġenerali b’176 vot minn 200.
Is-sena li mietu l-ġenituri ta’ Eugenio: fil-11 ta’ Awwissu mietet ommu, filwaqt li missieru miet fl-1 ta’ Novembru.
Eugenio skopra li kien dijabetiku. Huwa sofra minn din il-kundizzjoni b’rassenjazzjoni kbira tul ħajtu.
Fl-età ta’ 57 sena, Eugenio irtira mit-Tarzna u ngħaqad mal-komunità tal-Membri interni f’Ħaż-Żebbuġ.
L-Arċisqof Mikiel Gonzi ppreżenta lil Eugenio Borg bit-titlu Pro Ecclesia et Pontifice fid-Dar Ġenerali tas-Soċjetà fil-Blata l-Bajda. Preżenti għal din l-okkażjoni kien hemm Dun Ġorġ Preca, l-Assistent Ekkleżjastiku Mons Karmel Bonnici, u l-Membri kollha tas-Soċjetà.
Eugenio Borg żar lil Dun Ġorġ Preca fuq is-sodda tal-mewt. Kien mument diffiċli għal Eugenio, u ma setax jirreżisti l-biki. Dun Ġorġ tah il-barka tiegħu filwaqt li qallu: Fik inbierek is-Soċjetà kollha. Preca miet jumejn wara, fis-26 ta’ Lulju.
Dun Anton Azzopardi SJ, neputi ta’ Eugenio Borg, iċċelebra Quddiesa ta’ radd il-ħajr fil-Kappella tal-Madonna tal-Midalja Mirakoluża f’għeluq it-80 sena ta’ Eugenio.
Eugenio Borg miet fl-Isptar San Luqa fis-1.30 a.m.
L-Arċidjoċesi ta’ Malta fetħet il-kawża għall-beatifikazzjoni u l-kanonizzazzjoni ta’ Eugenio Borg.
L-eżumazzjoni tal-fdalijiet ta’ Eugenio Borg saret fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata, bil-fdalijiet jiġu ttrasportati lejn il-Kappella tal-Madonna tal-Midalja Mirakoluża fil-Blata l-Bajda.
Societas Doctrinæ Christianæ M.U.S.E.U.M.
207
Triq San Ġorġ Preca
Marsa MRS 9090
Malta EU