Predikatur: San Franġisk t’Assisi
Nistħajlu li għandna quddiemna lil dan il-qaddis, u li qegħdin nisimgħu minn fommu stess il-materja li f’ħajtu dehret wisq tiddi.
Il-Faqar
L-iktar għeżież, isimgħu u ifhmu.
Kristu twieled fqir, għex fqir, u miet fqir. Kristu hedded l-għonja bit-telfien ta’ dejjem u xebbah l-għana tagħhom max-xewk.
Il-fqir huwa mżeblaħ u mgħakkes fil-ġisem u dan kollu kontra l-fehma tad-dinja, li Kristu kkundanna bil-kelma u bl-eżempju – Kristu, Alla magħmul bniedem, il-veru għerf li ġie fid-dinja biex jagħti l-vera paċi fid-disprezz ta’ l-għana, ta’ l-unuri u tal-pjaċiri senswali.
Jinżamm bħala għadu tal-ħajja spiritwali tagħkom min b’xi mod jittanta biex jifridkom mis-sentimenti tas-Sinjur Ġesù Kristu, li espressament qal li l-għedewwa tal-bniedem niesu. Iva, dawk li jħobbukom skond il-laħam jagħtukom pariri kontra l-ispirtu.
U indukraw ruħkom mill-inganni tax-xitan li jaf tant jaħbihom taħt il-pretesti ta’ l-unur ta’ Alla, tal-ġid ta’ l-erwieħ u tal-prosperità tal-Knisja.
Alla tagħna huwa Sid il-ħlejjaq kollha. Ammen.
Niżżuħajr lill-Mulej Alla tagħna. Hekk sewwa u xieraq.
(San Ġorġ Preca, L-Eku tal-Ħbieb)