Għandi wkoll nagħaġ oħra, li mhumiex minn dan il-maqjel;
lilhom ukoll jeħtieġ li niġbor, u huma jisimgħu leħni,
u jkun hemm merħla waħda, ragħaj wieħed.
(Ġw 10:16)
Mit-18 sal-25 ta’ Jannar, issir ġimgħa ta’ talb għall-għaqda tal-knejjes insara. Ħafna snin ilu dawk li jemmnu f’Ġesù kienu Knisja waħda, bil-Papa bħala kap tagħhom, Imma imbagħad xi knejjes infirdu u ma baqgħux mal-nisja Kattolika.
Hija x-xewqa ta’ Ġesù stess li l-insara kollha komunità waħda. Fl-aħħar ċena, huwa talab biex ikun hemm “merħla waħda taħt ragħaj wieħed”. Għalhekk din il-ġimgħa tissejjaħ ‘Ġimgħa Ekumenika’ li bil-Grieg tfisser, id-dinja kollha fejn jgħixu n-nies. Ġimgħa li fiha niftakru fl-importanza tal-ħidma għall-għaqda bejn l-insara Kattoliċi, Ortodossi u Protestanti. Dawn kollha jemmnu f’Alla l-Missier, f’Ġesù l-Iben t’Alla u fl-Ispirtu s-Santu.
Għandna nirreferu għall-insara kollha, bħala ħutna fil-Mulej, għax apparti li kollha nqismu lil Ġesù bħala ħuna, hemm ħafna elementi li jġibuna flimkien. L-istqarrija ta’ fidi waħda, iċ-ċelebrazzjoni tas-sagramenti, is-suċċessjoni appostolika, u fuq kollox l-imħabba, għandhom iresquna lejn xulxin bħala familja waħda.
Ejjew nitolbu bit-talba ta’ San Ġorġ Preca:
Sinjur Alla Missier, ħares lejn il-vinja li ħawwel b’demmu Ibnek l-għaziż, u saqqiha bin-nida tal-grazzja tiegħek b’mod li toktor fin-numru tal-fidili, u fl-għożża tat-tagħlim, u fil-vera paċi u fl-imħabba. U sabiex żgur naqilgħu minnek din il-ħniena, noffrulek il-pjagita’ Ibnek Kristu Ġesù, li immerita għall-bnedmin kollha l-grazzja tiegħek. Ammen.