Ħsieb minn Joe Galea (Membru) fuq il-pittura ‘Il-Madonna tal-Villaġġ’, 1938-42, Marc Chagall, żejt fuq it-tila, 102cm x 98cm, Museo Thyssen-Bornemisza, Madrid.
Marc Chagall twieled fl-1887 fir-Russja u miet fl-1986. Hu magħruf bħala membru tal-movimenti surrealista u espressjonista.
Din hija dehra mhux tas-soltu ta’ Marija, b’binha Ġesu’ f’dirgħajha. Tidher fuq viIIaġġ Ii x’aktarx Russu, b’nostaIġija tal-pittur għal żmien tfulitu billi meta kiber ħadem l-aktar fi Franza u fl-Amerika. Marija hija mlibbsa kollha kemm hi bI-abjad, iI-kulur Ii simbolikament ifisser il-purita’ u I-verġnita’. FiI-fatt, rari niltaqgħu ma’ pitturi Ii jippreżentawlna Iil Marija mlibbsa kollha kemm hi bl-abjad. F’Malta għandna I-kwadru titulari tal-parroċċa ta’ Bormla li huwa hekk.
BħaI kuII xogħol ieħor ta’ Chagall, din iI-pittura hija mimlija b’simboIiżmu u immaġinazzjoni tal-ħolm: innota I-baqra ttir u ddoqq iI-vjolin, dettall Ii Chagall idaħħal f’ħafna mix-xogħlijiet tiegħu. Naraw ukoll xemgħa wieqfa fil-għoli fuq il-viIIaġġ, Ii jista’ jkun tissimbolizza I-fidi u I-imħabba f’Marija u binha Ġesu’.
Marija m’għandhiex raġġiera tas-soltu: ir-raġġiera hi ffurmata mill-idejn ta’ persuna Iiebsa I-aħmar u tidher nieżIa mis-sema biex tagħtiha bewsa, bewsa miIl-qalb u sinċiera. Iżda jidhru wkoll karattri tradizzjonali bħalI-anġIi Ii qed idoqqu u jkantaw.