John u Monique Deguara, ħbieb tas-Soċjetà minn South Bend, Stati Uniti, għamlu żjara ta’ kortesija lis-Superjur Ġenerali nhar l-Erbgħa 5 ta’ April. Matul il-laqgħa ġew diskussi diversi aspetti relatati mal-appostolat u l-futur possibbli tas-Soċjetà fl-Istati Uniti. Din ma kinitx l-ewwel darba li il-koppja żaru d-Dar Ġenerali.
Nhar l-Erbgħa 19 ta’ April, is-Superjur Ġenerali rċieva lil Dun Krzysztoff Wróbel, il-kappillan ta’ San Luqa f’Poznan, il-Polonja. Dun Krzysztoff l-ewwel iċċelebra Quddiesa fil-Kappella tal-Madonna tal-Midalja Mirakoluża u wara kellu laqgħa privata mas-Superjur Ġenerali. Fi tmiem il-Laqgħa tal-Erbgħa, Dun Krzysztoff qasam riflessjoni mal-Membri u l-Kandidati. Fil-messaġġ qasir tiegħu huwa apprezza l-preżenza tas-Soċjetà fil-parroċċa tiegħu u esprima l-gratitudni tiegħu għall-formazzjoni u l-appostolat li jwettqu l-membri f’Poznan. Dun Wróbel kien akkumpanjat minn tliet parruċċani.