Nhar il-Ħamis 28 ta’ Novembru 2024, il-membri u xi kandidati tal-qasam ta’ Ruiru, il-Kenja, żaru lill-Kappillan ta’ Juja Farm, Fr Paul Omari (Mariannhill Father). Huwa inħatar kappillan madwar ħames xhur ilu, u għalhekk ħa f’idejh r-responsabbiltà pastorali tal-outstation ta’ Kiratina fejn il-qasam ta’ Ruiru qed jagħmel appostolat kull nhar ta’ Ħadd filgħodu.
F’din il-laqgħa, il-membri u l-kandidati introduċew lilhom infushom u tkellmu fuq il-kariżma u l-ispiritwalità Museumina. Bħala għajnuna, huma offrew materjal stampat fuq is-Soċjetà u fuq il-Fundatur San Ġorġ Preca.
Fr Paul, meta sema’ kif il-qasam qed iwettaq l-appostolat f’Kiratina, wera x-xewqa li jintroduċi l-istess metodu ta’ appostolat u jipproponi l-istess riżorsi fl-erba’ outstations l-oħra li huma fir-responsabbiltà tiegħu.
Għall-grazzja t’Alla, Fr Paul wera aprezzament għall-ġid li qed isir f’Kiratina permezz tas-Soċjetà u iddiskuta mal-membri possibbiltajiet oħra ta’ appostolat maż-żgħażagħ.
Nitolbu biex ikompli jsir il-ġid f’din l-outstation ta’ Kiratina li hija dedikata lil San Ġorġ Preca.