Nhar il-Ħadd, 16 ta’ Frar 2025, Mons. Enrico Balzan Caruana, Isqof Awżiljarju ta’ La Serena, iċ-Ċilì, flimkien ma’ Fr Mark Mallia Pawley, bdew żjara ta’ ġimgħa fil-qasam ta’Lurín. Huma kellhom l-opportunità josservaw l-appostolat li qed isir mill-membri filwaqt li gawdew ukoll ftit jiem ta’ mistrieħ. Nhar it-Tlieta, 18 ta’ Frar 2025, iltaqgħu mal-assoċjati tal-grupp San Ġorġ Preca. Flimkien mal-membri, Mons. Balzan Caruana u Fr Mark qattgħu ġurnata f’Pucusana, raħal tas-sajjieda fin-nofsinhar tal-provinċja ta’ Lima, nhar l-Erbgħa, 19 ta’ Frar 2025. It-tfal u l-adolexxenti li jattendu regolarment fil-qasam kienu kuntenti ħafna li ltaqgħu mal-isqof u ma’ Fr Mark, u komplew jitħeġġu biex jieħdu l-formazzjoni tal-fidi tagħhom bis-serjetà.