L-irtir għaż-żgħażagħ fis-6 t’April 2024, bit-tema Walk a Mile in My Shoes, laqqa’ 28 żagħżugħ, bejn it-13 u s-27 sena, għal jum ta’ riflessjoni. Eloise Meyer, mill-Arċidjoċesi ta’ Melbourne, mexxiet attività dwar il-kumplessitajiet fil-mod ta’ kif nikkomunikaw u s-saħħa mentali fil-kultura individwalista tal-lum. Permezz ta’ numru ta’ attivitajiet, bħal workshops fi gruppi, testimonjanzi u diskussjonijiet, il-parteċipanti irriflettew fuqhom infushom u qasmu esperjenzi tagħhom flimkien. Il-preżentazzjoni ta’ Meyer , qanqlet il-ħsieb u sfidat lil dawk li attendew biex jevalwaw mill-ġdid il-fidi tagħhom quddiem l-sfidi moderni u iffaċilitat konversazzjonijiet sani bejn il-parteċipanti. Fr. Robin Lomangkok, CSsR, offra l-gwida spiritwali tiegħu u enfasizza l-importanza tas-sagrament tar-Rikonċiljazzjoni fil-proċess ta’ maturità personali. Il-parteċipanti wrer interess għal aktar tagħrif u xewqa akbar għal ħin ta’ riflessjoni, kif ukoll għar-relazzjoni b’saħħitha mal-oħrajn u l-iżvilupp spiritwali tagħhom. L-irtir ħoloq ambjent fejn iż-żgħażagħ setgħu jesploraw l-isfidi tal-ħajja tagħhom u jfittxu s-sens ta’ ħajjithom. Nistgħu ngħidu li l-irtir għen ħafna għall-benessri ħolistiku ta’ dawk kollha li attendew.