Tberik tar-Residenza Emmaus (Ruiru)
13 December, 2024
Nhar l-Erbgħa, 11 ta’ Dicembru 2024, il-membri u l-kandidati inġabru fir-residenza Emmaus għat-tberik tal-istess binja. Emmaus hija residenza li s-Soċjetà bniet għall-użu tal-membri u l-kandidati fil-qalba tar-raħal ta’ Ruiru. Fr Nicholas Osuka ofm, Viċi-Kappillan, qaddes quddiesa u wara bierek il-post. Huwa esprima l-apprezzament tiegħu għall-ħidma li saret mis-Soċjetà biex tinbena din ir-residenza li għandna tkun ta’ xhieda Evanġelika fost in-nies ta’ Ruiru. Wara it-tberik tal-post, il-membri u l-kandidati għamlu ċena flimkien. Bħalissa f’din ir-residenza qed joqgħdu żewġ membri u tlett kandidati.