Sejjaħtilkom Ħbieb
Seminar ta’ Tmiem il-Ġimgħa għall-Kandidati
17 Frar, 2025
Mill-Ġimgħa, 14 ta’ Frar, sal-Ħadd, 16 ta’ Frar, 2025, grupp ta’ tmien kandidati, li qegħdin fl-ewwel sentejn tal-programm ta’ formazzjoni, pparteċipaw f’seminar ta’ tmiem il-ġimgħa bl-isem “Sejjaħtilkom Ħbieb” (Ġw 15:15). Is-sessjonijiet immexxija mill-membri tas-Soċjetà, inkludu attivitajiet fi gruppi, case studies, u użu ta’ films. Il-kandidati irriflettew u ddiskutew dwar id-dixxipulat Nisrani u kif huma jistgħu jimxu wara Ġesù mill-qrib fil-ħajja tagħhom. Huma qasmu flimkien mumenti ta’ talb, ħbiberija, u rikreazzjoni. Deo gratias!