Quddiesa għall-Erwieħ tal-Fidili Mejtin
06 November, 2024
Nhar l-Erbgħa, 6 ta’ Novembru, 2024, Fr. Kevin Schembri, l-Assistent Ekkleżjastiku għall-Arċidjoċesi ta’ Malta, iċċelebra Quddiesa għall-mistrieħ tal-erwieħ tal-membri, ġenituri, assoċjati, u benefatturi, partikolarment dawk li mietu bejn Novembru 2023 u Ottubru 2024. F’Għawdex, Quddiesa bl-istess intenzjonijiet kien iċċelebrat minn Mons. Lawrence Sciberras, l-Assistent Ekkleżjastiku għad-Djoċesi ta’ Għawdex.
Is-seba’ membri li mietu matul dan il-perjodu huma Andrea (Indri) Zarb, Emanuel Buhagiar, Gaetano Caruana, Angelo Vella, Paul Xuereb, Emanuel Farrugia, u Franco Zardo.