Quddiesa f’Jum il-Festa
ta’ San Ġorġ Preca
10 May, 2024
Il-Ħamis 9 ta’ Mejja 2024, f’jum il-festa ta’ San Ġorġ Preca, l-Arċisqof Scicluna ikkonċelebra quddiesa fl-Auditorjum tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija fil-Blata l-Bajda. Numru sabiħ ta’ persuna inġabru biex jirringrazzjaw lil Alla għal dak kollu li għamel ma’ San Ġorġ Preca u ma’ Malta permezz ta’ dan il-qaddis Malti.
L-Ariċisqof irrifletta fuq il-ħames barkiet li aħna nitolbu lil Alla fl-innu nazzjonali: id-dehen, il-ħniena, is-saħħa, l-għaqda u s-sliem. Nitolbu biex il-poplu malti jaqla’ dawn il-grazzji mingħand is-Sinjur Alla bl-interċessjoni ta’ San Ġorġ Preca.