Matul dawn l-aħħar snin, il-Qasam ta’ Sagua la Grande, ippubblika numru mhux ħażin ta’ riżorsi reliġjużi għat-tfal u l-adolexxenti. Dawn huma apprezzati ħafna mit-tfal, mill-ġenituri, mill-katekisti, mill-kappillani u mill-isqof lokali, speċjalment minħabba l-fatt li f’Kuba il-letteratura reliġjuża għat-tfal hija prattikament ineżistenti. Wieħed jista’ jikseb dawn il-kotba mill-ħanut tal-kotba tal-Kurja lokali, mill-parroċċi, kif ukoll waqt laqgħat li jsiru għall-katekisti. Xi wħud minn dawn huma disponibbli fuq il-paġna ta’ Facebook Fichas y Recursos para Catequesis y Clases de Religion, li issa għandha madwar 75,000 segwaċi madwar l-Amerika Latina kollha.
Dan l-aħħar żdiedu erba’ kotba oħra: A mí lo hicieron (dwar l-Opri tal-Ħniena), Relatos de la Biblia (ġrajjiet importanti fil-Bibbja), Nuestra Casa Común (ibbażat fuq l-enċiklika Laudato Sí) u Cómo practicar los valores (ktieb tat-tpinġija dwar l-aktar valuri importanti tal-ħajja Nisranija).