Nistennewk…
01 December, 2024
Is-Sibt 30 ta’ Novembru 2024, ittellgħet laqgħa bi preparazzjoni għaż-żmien sabiħ tal-Milied għall-adolexxenti kollha li jattendu fl-oqsma ta’ Malta flimkien mal-familji tagħhom. Din l-attività bit-tema ‘Nistennewk…’ saret fl-Awditorju, il-Blata l-Bajda. Permezz ta’ filmati u innijiet, dawk li attendew setgħu jirriflettu fuq iż-żmien ta’ stennija li għandu jwassalna għall-festa sabiħa tat-twelid ta’ Ġesù Bambin, nhar il-Milied. Fi tmien il-laqgħa tqassmet tifkira tal-okkażjoni.