Bejn it-28 u l-31 ta’ Jannar 2025, il-qasam ta’ Poznań organizza live-in għall-grupp taż-żgħażagħ f’Lublin, 478 kilometru fil-lvant ta’ Poznań. Tul it-triq, huma waqfu f’Łódź biex iżuru mużew li jinsab f’binja li kienet isservi ta’ ħabs. F’Lublin, il-grupp żar l-kamp ta’ konċentrament ta’ Majdanek biex jirrifletti fuq l-istorja kerha marbuta ma’ dan il-post, kif ukoll, ammiraw l-affreski tal-Kappella tat-Trinità Qaddisa.
Il-Prof. B. Migut, li kien żar id-Dar Ġenerali tas-Soċjetà f’Malta, u Antek, student tal-mediċina, dawwar lill-grupp mal-belt il-qadima ta’ Lublin. Esperjenza sabiħa kienet il-laqgħa li saret maż-żgħażagħ tal-Parroċċa ta’ San Staniślaw, li magħhom il-grupp qasam l-esperjenza tiegħu tas-Soċejtà.
Fit-triq lura lejn Poznań, il-grupp waqaf f’Sandomierz, Kielce, u Jaskinia Raj biex jesplora għar mimli stalagmiti. Il-vjaġġ intemm bi żjara fis-Santwarju Nazzjonali f’Częstochowa, fejn iż-żgħażagħ talbu quddiem il-Madonna is-Sewda. Dan kien vjaġġ li kompla jrawwem it-tagħlim kulturali, l-iżvilupp spiritwali, u kompla jsaħħaħ ir-relazzonijiet ta’ bejn iż-żgħażagħ.
Aktar informazzjoni dwar il-qasam ta’ Poznań minn sdcmuseum.pl.