Nhar is-Sibt, 8 ta’ Frar, 2025, il-kandidati kollha tad-Delegazzjoni ta’ Malta u Għawdex, inġabru għal-laqgħa missjunarja fiċ-ċentru ta’ formazzjoni fid-Dar Ġenerali, il-Blata l-Bajda. Il-kandidati huma ż-żgħażagħ li qed jirċievu formazzjoni museumina fi żmien fejn qed ifittxu u jitolbu dwar is-sejħa ta’ Alla fil-ħajja tagħhom.
Għal din il-laqgħa kien mistieden il-membru Mario Bezzina li tkellem fuq l-esperjenza tiegħu fil-qasam ta’ Ruiru, il-Kenja. Huwa iffoka fuq l-importanza li wieħed għandu jkollu fidi kbira f’Ġesù, għaliex, din tiżgura li wieħed jibqa’ miexi wara Ġesù minkejja kull sfida tal-ħajja. Huwa saħaq ukoll fuq l-importanza li wieħed jgħix ħajtu one moment at a time biex wieħed ikun aktar preżenti f’kull mument li jkun għaddej minnu.
Il-kandidati kellhom ukoll l-opportunità li jistaqsu dwar is-sejħa missjunarja, kif ukoll dwar l-appostolat tas-Soċjetà ġewwa l-Kenja.