Korsijiet Bibbliċi f’Sagua la Grande (Kuba)
29 November, 2024
Fit-tieni nofs tas-sena 2024, il-grupp San Ġorġ Preca ta’ Sagua la Grande, ispirat mill-parir ta’ San Ġorġ Preca: Kunu ħbieb tal-Evanġelji!, irrifletta u mmedita fuq l-Evanġelju ta’ San Ġwann. Dawn is-sessjonijiet kienu jsiru kull nhar ta’ Ġimgħa fil-Qasam tal-MUSEUM. Issa li qed nibdew l-istaġun tal-Avvent, il-grupp qed jibda avventura ġdida: l-Evanġelju ta’ San Luqa, l-hekk imsejjaħ, l-Evanġelu tal-Ħniena. Il-katekisti kollha flimkien ma l-komunità Kattolika ta’ Sagua huma mistiedna biex jipparteċipaw f’dan il-kors. Jalla dawn il-korsijiet fuq il-Bibbja jgħinu lill-membri jkunu jafu aħjar u jħobbu aktar profondament lil Sidna Ġesù Kristu!