Fi Frar 2024, il-Membri ta’ Sagua la Grande, li huma responsabbli mill-Kummissjoni Djoċesana tal-Katekeżi, bdew kors ta’ għaxar ġimgħat għall-katekisti tad-djoċesi ta’ Santa Klara. Il-kors isir permezz ta’ grupp fuq Whatsapp magħmul minn madwar 250 katekist. Kull nhar ta’ Tnejn titqassam handout imħejjiha mill-Membri, u matul il-ġimgħa, il-katekisti huma mistiedna jaqraw, jirriflettu u jibagħtu t-tweġibiet tagħhom direttament lill-Membri. Xi wħud mis-suġġetti huma: Ngħallmu lil uliedna kif jitolbu, Nużaw il-Bibbja fil-laqgħat tal-katekiżmu, Attivitajiet li jagħmlu l-laqgħat tal-katekiżmu interessanti u divertenti u Il-karatteristiċi ta’ katekist tajjeb. Mons. Arturo Gonzalez, Isqof tad-djoċesi, apprezza immens dan l-isforz għaliex, kif stqarr mal-Membri, huwa mħasseb ħafna dwar il-fatt li ħafna katekisti ta’ esperjenza qed jitilqu mill-gżira u spiss jiġu sostitwiti minn katekisti li m’għandhomx formazzjoni u esperjenza. Fost dawk li qed jipparteċipaw fil-kors hemm studenti u professuri universitarji, tobba, inġiniera, djakni, seminaristi u sorijiet reliġjużi. Fuq talba ta’ Mons. Arturo, l-handouts tqassmu wkoll lil dawk responsabbli mill-Kummissjoni għall-Katekeżi ta’ djosċesijiet oħra f’Kuba biex ikunu huma wkoll jistgħu jorganizzaw kors għall-katekisti tagħhom.