Fi tmiem il-ġimgħa li beda fid-29 ta’ Novembru 2024, ġie organiżżat irtir bil-magħluq għall-Kandidati u ż-żgħażagħ ta’ ‘l fuq minn 18-il sena li jattendu l-Qasam ta’ Poznań. L-irtir sar fil-monasteru tal-patrijiet Oratorjani ta’ S. Filippu Neri fi św Góra f’ Gostyn, ftit ’il barra minn Poznań. L-Irtir li għalih attendew ħames żgħażagħ tmexxa mill-membri stess bit-tema “Tgħidx għadni żgħir!” (Ġer 1:7) fuq id-dinamika tal-vokazzjoni u l-fiduċja fil-Mulej li jgħinna nagħmlu l-aħjar għażla. Matul l-irtir inżamm is-silenzju biex ikun hemm spazju għat-talb u r-riflessjoni personali. Għal xi wħud, dan kien l-ewwel irtir li qatt attendew. Nirringrazzjaw lill-Mulej ta’ esperjenza oħra ta’ formazzjoni għall-qasam ta’ Poznań.