Wara l-vjaġġ tagħna tal-Avvent, l-attivitajiet tagħna tal-Milied inkludew numru ta’ avvenimenti biex jimmarkaw din il-ġrajja speċjali u tradizzjonali taċ-ċelebrazzjoni tat-twelid ta’ Sidna Ġesù. Fil-parroċċa tar-Rużarju fi Brixton, Londra ingħaqdu magħna wkoll numru kbir ta’ tfal u ġenituri għas-servizz tal-kant tal-Milied li nagħmlu kull sena fi Brixton Centre. Din kienet opportunità biex nuru lil kull min għadda bil-mixi, bir-rota, bil-karrozza jew bit-trasport pubbliku, it-tifsira vera tal-Milied f’dan l-ambjent tal-belt li huwa fil-biċċa l-kbira tiegħu sekularizzat.
Il-preżentazzjoni tradizzjonali ta’ rigal tal-Milied lit-tfal fil-klassijiet tal-katekiżmu saret fuq żewġ sessjonijiet fl-aħħar tmiem il-ġimgħa ta’ qabel il-Milied. It-tfal ġew preżentati bir-rigali tagħna magħmulin bl-idejn għall-Milied bħall-istatwa ta’ Ġesù Bambin fil-maxtura jew sett tal-presepju biex jittieħed d-dar. It-tfal fil-grupp RCIC tagħna fil-parroċċa ta’ St Andrew’s f’Thornton Heath ġew ukoll ippreżentati b’rigali simili aktar kmieni f’waħda mis-sessjonijiet tagħhom.
Il-grupp SDC Juniors iltaqa’ għal attivitajiet oħra biex jirriflettu fuq iż-żmien tal-Avvent, u wara, il-miġja tal-Mulej Ġesù fostna. L-għada tal-Milied iltaqgħu wkoll fl-SDC House f’Upper Norwood biex tfakkar il-festa ta’ San Stiefnu.
Fil-grupp SDC Bible Study irriflettejna wkoll fuq l-Avvent u l-Milied permezz ta’ riflessjonijiet li kienu jinkludu wkoll tnejn mill-Iskola ta’ Betlem, riflessjonijiet li nużaw bħala meditazzjonijiet f’dan iż-żmien kull sena. Il-meditazzjonijiet l-oħra ta’ kuljum imbagħad intbagħtu lill-membri ta’ dan il-grupp permezz tal-midja soċjali.