Il-Fidi bħala l-Pedament tal-Ħajja Nisranija
06 October, 2024
Nhar il-Ġimgħa l-4 t’Ottubru 2024 fil-Qasam ta’ Ħal Tarxien ġiet organizzata l-ewwel laqgħa għall-adulti fil-kappella tal-Qasam għal din is-sena kateketika. Il-laqgħa bit-tema: Il-Fidi bħala l-Pedament tal-Ħajja Nisranija, tmexxiet mill-Membru Emanuel Mizzi. Wara r-riflessjoni, dawk preżenti kienu mistiedna għal bibita fil-bitħa tal-Qasam. Dawn il-laqgħat ikunu miftuħa għal kull min jixtieq jikber aktar fil-fidi tiegħu.