Il-Membri, l-Assoċjati u l-grupp Companions in Mission fil-Qasam ta’ Adelaide, South Australia, inġabru għall-programm tal-Ġimgħa Mqaddsa kif ukoll għaċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi fil-parroċċa. Iż-żgħażagħ li jattendu l-Qasam organizzaw u mexxew l-stazzjonijiet tal-Via Sagra nhar il-Ġimgħa l-Kbira filgħodu. L-istess filgħaxija, inġabarna għal laqgħa ta’ talb, naduraw il-pjagi mqaddsa u nitolbu mal-Madonna tad-Duluri.
Il-Membri mexxew irtir ta’ 3 sigħat f’nhar Sibt il-Għid u f’Ħadd il-Għid filgħodu, għamlu l-Liturġija tal-Kelma mat-tfal f’żewġ parroċċi. Nhar it-Tnejn, fl-Ottava tal-Għid, xi wħudd miż-żgħażagħ il-kbar inġabru għal ikla u wara marru mixja fuq bajja.
Il-programm tal-Għid sar il-Ħamis filgħaxija, fejn wara saret ikla bil-ħaruf mixwi u wara tqassmu l-figolli f’forma ta’ ħaruf.
Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Għid komplet il-Ġimgħa mal-komunità kollha tal-Qasam. Il-laqgħa bdiet b’ċerimonja fejn twaħħlu l-ħames biċċiet tal-inċens fil-blandun, ix-xemgħa li tirrapreżenta lil Kristu Rxoxt.
L-aħħar attività kienet organizzat miż-żgħażagħ tal-Qasam għat-tfal. Din kienet tikkonsisti f’Egg Hunt, fejn it-tfal kellhom ifittxu u jsibu l-bajd tal-Għid.