Fl-Għid il-Kbir, Nhar il-Ħadd 31 ta’ Marzu 2024, f’jum l-Għid il-Kbir, wara l-quddiesa ta’ filgħodu, il-Membri u l-Kandidati tal-Qasam ta’ Ruiru, inġabru fir-residenza tas-Soċjetà jippreparaw għall-BBQ li kelli jsir f’nofsinhar. Il-Membri u l-Kandidati fi gruppi differenti preparaw xi ħaġa tal-ikel biex imbagħad f’nofsinhar kollox inqasam bejniethom bħall-aħwa. Kienet esperjeza sabiħa li kompliet issaħaħ u tgħaqqad il-grupp.
Waranofsinhar, il-Qasam fetaħ għaċ-ċelebrazzjoni tal-programm tal-Għid il-Kbir li fih ipartecipaw il-Kandidati, il-Magħżulin u t-tfal preżenti. Kien hemm ukoll ħin għal-logħob. Kienet okkażjoni ferriħija, fejn fl-aħħar kull persuna rċeviet il-figolla tal-Għid. Għall-grazzja t’Alla numru sabiħ ta’ madwar mitt persuna kien preżenti għal din l-okkażjoni.