Bejn id-19 u t-22 ta’ Frar 2024, il-Qasam ta’ Poznan organiżża mawra u livein għall-grupp tal-Preparatorja, Magħżulin u Kandidati fil-bliet biswit il-Baħar Baltiku. Attendew 15-il żagħżugħ bejn il-15 u l-21 sena. Barra l-għan rikrejattiv kien hemm dak socjo-kulturali u naturalment spiritwali. Żewġ żgħażagħ milli attendu, Matteusz M. u Szymon qasmu l-esperjenza tagħhom ta’ dawn il-ġranet li għaddew flimkien.
Fil-mawra tagħna fit-Tlitt Ibliet, irnexxielna nżuru Gdynia u Gdansk. Ħallejna barra Sopot minħabba nuqqas ta’ żmien. Żorna, fost oħrajn, il-Mużew tat-Tieni Gwerra Dinjija, il-Bażilika ta’ Santa Marija u c-Ċentru Ewropej tas-Solidarność fi Gdansk, iċ-Ċentru tax-Xjenza fi Gdynia u Westerplatte. Il-grupp kollu kien alloġġjat f’Mechelinki. Il-kmamar ma kinux l-aħjar imma komdi biżżejjed għal kulħadd. Ir-responsabiltajiet kienu maqsuma bejn il-membri, il-kandidati u l-magħżulin . Hekk per eżempju il-prefett Rainer mexxa l-mawra, Mateusz ħa ħsieb li jkun hemm il-kwiet mal-lejl, Piotrek u Igor hadu ħsieb ta’ kolazzjon minnhom, Szymon mexxa t-talb, u l-kumplament. Matul din il-btala iltqajna ma’ grupp ieħor ta’ żgħażagħ li jiltaqa’ fi Gdynia, li l-għan tagħhom hu li jgħinu lin-nies fil-bżonn. Skoprejna li wħud li jattendu f’dan il-grupp jafu jgħaqqdu flimkien abiltajiet vokali u artistiċi. L-iskop ta’ dan il-live-in kien biex ukoll isaħħaħ ir-relazzjonijiet fil-grupp, li min-naħa tiegħi kien effettiv ħafna. Irnexxieli nitgħallem aktar dwar il-grupp tal-eta’ tiegħi, speċjalment dwar Janek u Marcel iż-żgħir, waqt li tkellimt dwar diversi suġġetti ma’ Rainer u kelli diskursati ċajtiera mal-kandidat Adam. Nemmen li din il-mawra wettqet l-għanijiet kollha tagħha specjalment li tejbet ir-relazzjonijiet bejn in-nies fil-grupp u fuq kollox ma’ Alla permezz tat-talb tal-Arloġġ u t-talba tar-Rużarju.
Matul il-vaganzi tax-Xitwa, il-grupp SDC żar it-Trójmiasto (Tlitt Ibliet). Il-mawra damet erbat ijiem mit-Tnejn sal-Ħamis u għalkemm ma kellniex daqs dak ħin, irnexxielna nżuru għadd ta’ postijiet interessanti. L-istadium ċentrali ta’ Gdansk u Westerplatte, fejn seħħet l-ewwel taqtigħa bejn l-armata Pollakka u u dik tal-Ġermanja fl-aħħar Gwerra Dinjija, u oħrajn. Kellna wkoll l-opportunita’ li niltaqgħu ma’ grupp ta’ żgħażagħ minn Gdynia u naqsmu magħhom l-esperjenza tagħna fil-grupp. Kienet mawra suċċess, fuq il-livell li nsiru nafu aħjar lil xulxin għax għaddejna ħafna ħin flimkien. Matul il-live-in, naħseb kienet xi ħaġa tassew sabiħa li tara kemm aħna grupp koordinat tajjeb. Naturalment kien hemm ħafna spazju għal Alla permezz ta’ talb frekwenti u l-Quddiesa.