Il-Qasam ta’ Lurin ipparteċipa fil-Fiera għall-Promozzjoni tal-Vokazzjonijiet li saret f’Pueblo Libre (Lima) nhar is-Sibt 2 ta’ Novembru, 2024, biex tippromwovi l-vokazzjoni Museumina fost iż-żgħażagħ tal-Perù. Wirja dettaljata bl-istorja, il-missjoni, u l-kariżma tal-vokazzjoni Museumina ġiet ippreparata mill-Membri biex tattira lin-nies ħa jersqu u jistaqsu dwar il-vokazzjoni Museumina. Il-Membri kienu disponibbli biex jiltaqgħu personalment man-nies u jidħlu f’konversazzjonijiet dwar l-ispiritwalità u l-kariżma Museumina. Dan għin biex lin-nies jifhmu aktar x’inhi s-Soċjetà u l-vokazzjoni tagħha. L-għan għall-preżenza tal-Qasam f’din il-fiera kien li aktar persuni jsiru jafu x’inhi l-vokazzjoni Museumina bil-possibiltà li jitħeġġu vokazzjonijiet ġodda. B’hekk ikompli jitwettaq il-kmand ta’ Ġesù, li għandna nitlob għal aktar ħaddiema għax il-ħsad huwa kbir. Ejjew ningħaqdu f’din il-missjoni permezz tat-talb tagħna!