Victor Gomez mill-Qasam ta’ Lurin fil-Perù żar il-Qasam ta’ Ruiru fil-Kenya għal esperjenza missjunarja bejn l-4 u l-24 ta’ Marzu 2024. Din kienet esperjenza qawwija għal Victor li tatu ħafna esperjenza sbieħ biex jirrifletti fuqhom.
Huwa laqqam lill-Kenja bit-titlu il-Ġenna l-Ħadra għax-xenarju ħodor li jdawwar kull raħal fil-Kenja. Is-siġar, il-pjanti u l-ħaxix aħdar jagħmlu lill-Kenja simili ħafna għall-foresti tropikali li jinsabu fil-Perù. Il-Kenja hija wkoll imlaqqma ġenna minn Victor minħabba l-esperjenzi li kellu waqt il-quddies u ċ-ċelebrazzjonijiet reliġjużi li attenda għalihom. L-atmosfera ta’ talb u l-mużika li tindaqq fil-knejjes terfa’ l-ispirtu tal-persuna lejn tas-sema u tiffaċilita l-esperjenza tagħha ta’ Alla.
Meta ngħaqad mal-komunità tal-Qasam ta’ Ruiru, Victor ipparteċipa u kkontribwixxa fl-appostolat li qed isir f’Ruiru. L-entużjażmu u l-impenn tal-Membri u l-Kandidati ħeġġew lil Victor biex ikompli jikber fl-imħabba tiegħu lejn il-vokazzjoni Museumina u jżid il-ħeġġa tiegħu għat-tixrid tal-Vanġelu. Dak kollu li ra f’Ruiru mela lil Victor b’sens kbir ta’ gratitudni lejn Alla għal din l-esperjenza missjunarja tant partikolari u sabiħa, u fuq kollox, għall-grazzja tal-vokazzjoni Museumina li Victor ħaddan fil-jum tal-inkorporazzjoni tiegħu.