Nhar it-Tnejn 7 ta’ Ottubru 2024 saret iċ-Ċerimonja tal-Magħżulin fi-Qasam ta’ Sagua la Grande, Kuba, lil Miguel Hernandez Valles u Pablo Samyl Espinoza. Minħabba l-maltemp iċ-ċerimonja saret fil-knisja parrokkjali. F’riflessjoni qasira, il-Kandidat Yojansys Rojo ħeġġeġ liż-żewġ żgħażagħ biex jibqgħu jieħdu bis-serjetà l-impenn tagħhom lejn Kristu u lejn is-Soċjetà. Kemm Miguel, kif ukoll Samyl, qed jistudjaw biex jibdew l-istudji tagħhom fl-università. Huma jikkontribwixxu fl-appostolat li jsir fil-Qasam, jgħinu fl-outreach fiż-żona tal-Bloques del Cabaret u jipparteċipaw ukoll fil-laqgħat ta’ katekeżi li jsiru fil-parroċċa. Grazzi lil Alla talli bierek lill-Qasam u lill-parroċċa ta’ Sagua la Grande b’dawn iż-żewġ żgħażagħ.