Nhar il-Ħamis, 19 ta’ Diċembru, 2024, numru ta’ eks-membri attendew ċelebrazzjoni li ġiet imħejjija għaliha fid-Dar Ġenerali (Blata l-Bajda). Permezz tal-Iskola ta’ Betlem, huwa irriflettew fuq il-virtù sabiħa tal-umiltà, li tidher b’mod qawwi fit-twelid tat-tarbija Ġesù. Kif jgħallimna San Ġorġ Preca, li Ġesù biss setgħa jħaddan l-umiltà, li hu li hu Alla iċċekken u sar bniedem.
Is-Superjur Ġenerali wassal il-messaġġ tiegħu tal-okkażjoni. Huwa ħeġġeġ fuq kemm għandna nkunu ferħanin u mimlijin kuraġġ, aħna li nemmnu li s-Sinjur Ġesù Kristu huwa magħna, Emmanu-el. Huwa qasam ma’ dawk li attendew l-aħħar żviluppi relatati mas-Soċjetà. L-attività intemmet b’ħin soċjali flimkien.