Jum il-Qaddisin Kollha
(Kuba)
14 November, 2024
Nhar is-Sibt, 9 ta’ Novembru, 2004, il-Membri tal-Qasam ta’ Sagua la Grande (Kuba), flimkien mal-kappillan Fr Wilfredo u l-katekisti tal-parroċċa, organizzaw ċelebrazzjoni f’ġieħ il-qaddisin kollha. Minkejja s-sitwazzjoni diffiċli tal-pajjiż, ħafna tfal u adoloxxenti pparteċipaw b’entużjażmu fejn irrappreżentaw madwar 50 qaddis differenti. Huma għamlu użu miż-żewġ kotba, ippubblikati mill-Membri stess, li fihom 48 bijografija qasira ta’ qaddisin. Minkejja is-sitwazzjoni ħażina tat-temp, numru inkoraġġanti ta’ ġenituri pparteċipaw għal din l-attività.