Grupp San Ġorġ Preca
Il-Grupp San Ġorġ Preca f’Sagua la Grande jiltaqa’ kull ġimgħa fil-Qasam għal-laqgħa ta’ siegħa. Matul is-snin, ġew mogħtija diversi korsijiet mill-Membri fosthom korsijiet dwar Ġesù Kristu, il-Kredu Kattoliku, il-Bibbja u l-Atti tal-Appostoli. Fi żmien l-Avvent, normalment jintużaw il-kotba tal-Fundatur tagħna L-Iskola ta’ Betlem waqt il-laqgħat, u fi żmien ir-Randan, jintużaw ukoll il-programmi tal-Ġimgħa Mqaddsa.
Il-laqgħa dejjem tibda b’talb mill-Fundatur tagħna u tispiċċa bit-talb lit-Trinità Qaddisa, miktuba wkoll minnu. Il-membri tal-grupp verament iħossuhom parti mis-Soċjetà u jaqraw ħafna kotba ta’ San Ġorġ Preca u kotba oħra ppubblikati mis-Soċjetà f’Kuba. Minbarra l-laqgħa ta’ kull ġimgħa, xi drabi jiġu organizzati wkoll attivitajiet speċjali, bħal irtiri, ħarġiet u laqgħat. Il-grupp għadu jiltaqa’ minkejja l-miżerja Kubana u problemi oħra bħall-qtugħ tad-dawl ta’ kuljum u t-temp ta’ spiss ħażin.
Societas Doctrinæ Christianæ M.U.S.E.U.M.
207
Triq San Ġorġ Preca
Marsa MRS 9090
Malta EU