Grupp San Ġorġ Preca (Korçë)
Is-Soċjetà ilha taħdem f’Korçë għal dawn l-aħħar tletin sena, tipprovdi formazzjoni reliġjuża lil diversi gruppi ta’ tfal, adoloxxenti, u anke żgħażagħ. Il-bżonn li jinbeda xi appostolat fost l-adulti nħasset mill-Membri u wara konsultazzjoni mal-kappillan, il-Qasam iddeċieda li jibda l-Grupp San Ġorġ Preca li jiltaqa’ kull l-aħħar Ġimgħa ta’ kull xahar fil-Qasam ta’ Korçë.
L-ewwel laqgħa saret nhar il-Ġimgħa, 28 ta’ April 2023. Waqt dawn il-laqgħat, il-parteċipanti jistudjaw u jirriflettu fuq il-ħajja jew kitbiet tal-Fundatur San Ġorġ Preca. Il-laqgħat jinkludi studju fuq il-Misteru tal-Inkarnazzjoni, il-Knisja, l-Iskrittura, il-Moralità, il-Mewt. Dawn il-laqgħat jippermettu ħin ta’ soċjalizzazzjoni, fejn il-parteċipanti jsiru jafu aktar lil xulxin u jkollhom xi konversazzjonijiet informali filwaqt li jieklu xi ħaġa flimkien.
Ir-rispons mill-parteċipanti huwa pożittiv u inkoraġġanti. Grazzi lil Alla tal-barkiet kollha li jircievu l-membri ta’ dan il-grupp!