Din is-sena tal-ġubilari, bit-tema Pellegrini tat-Tama, Pubblikazzjoni Preca għadha kif ippubblikat il-ktieb Semillas de Esperanza (Iż-Żerriegħa ta’ Tama), miktub bl-Ispanjol mill-membru tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, Stephen Zammit. Fi tnejn u sittin riflessjoni b’ispirazzjoni, il-ktieb jgħin biex wieħed isaħħaħ il-fidi u t-tama, partikolarment fi żminijiet ta’ diffikultà u sfidi. B’introduzzjoni minn Mons Arturo González, Isqof tad-Djoċesi ta’ Santa Klara, Kuba, il-ktieb huwa issuġerit għall-profondità u r-rilevanza spiritwali tiegħu. “Kull kapitlu, mis-sitta u għoxrin wieħed, joffri riflessjoni profonda imsejsa b’eżempji eżistenzjali konkreti, li tgħinna nimxu lil hinn mill-fehim purament uman tat-tama għall-profondità spiritwali tat-tama bħala virtù teoloġika.” Fl-introduzzjoni tiegħu, l-Isqof González jikteb ukoll, “Ħafna drabi nużaw il-kelma tama bħala sinonimu ta’ xewqat sbieħ, imma t-tama Nisranija toffri tweġiba sħiħa u definittiva, kemm għall-preżent kif ukoll għall-futur, għall-mistoqsijiet u l-inċertezzi tagħna ta’ kuljum.” B’apprezzament mill-qalb, hu jżid, “Nixtieq nesprimi l-gratitudni tiegħi lill-awtur għad-dedikazzjoni, l-isforz u l-ħin li ddedika bit-tħejjija taʼ dawn il-paġni, u wkoll għall-ħsieb li ta għall-persuna tal-lum, li tant għandha bżonn taʼ raġunijiet biex tgħix bit-tama.”